Barranin
ARA: Tgħid jirnexxielu jgħum minn tarf sa tarf tal-ikbar oċean?

L-għawwiem ta’ distanzi twal Ben Lecomte telaq mil-Lvant tax-xatt tal-Ġappun f’tentattiv biex isir l-ewwel persuna li qatt għam min-naħa għall-oħra tal-Oċean Paċifiku.

Ulied Lecomte, Max u Anna, għamu miegħu għall-ewwel ftit metri qabel ma’ missierhom kompla bl-isfida li jaqsam l-ikbar baħar li hawn fid-dinja.

L-għawwiem Franċiż ta’ 50 sena kien diġà ipprova jgħum l-Oċean Atlantiku fl-1998.

Lecomte qed jittama li jara lil uliedu mill-ġdid f’San Francisco madwar 6 xhur oħra meta jkun għam 9,100 kilometru.  Huwa qed jippjana li jgħum madwar 8 siegħat kuljum u jaħli madwar 8,000 kalorija.

Iktar minn 27 organizzazzjoni xjentifika differenti, uħud minnhom tal-mediċina u l-oċeanografija, se jkunu qed jibbenefikaw minn xi tagħrif li se jiġbru waqt din l-avventura ta’ Lecomte.

Ħafna mir-riċerka se tiffoka fuq it-tniġġiż mill-plastik fl-Oċean Paċifiku, tant li l-bidu tal-għawma saret fl-istess ġurnata li qed tfakkar il-Jum Dinji tal-Ambjent.

Ara l-bidu tal-għawma hawnhekk:

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ b’kunjom Malti, Joe Xuereb ta’ 27 sena ġie arrestat wara li allegatament attakka omm u bint b’martell f’Londra, liema attakk qed ikun deskritt bħala wieħed tal-biża’. Iż-żewġ nisa ta’…

Barranin

L-attriċi u direttriċi Taljana Asia Argento kienet waħda minn dawk li akkużat lil Harvey Weinstein li abbużaha. Hija kienet waħda min-nisa prominenti li mexxiet il-moviment #MeToo. Madankollu ftit xhur wara…

Barranin

Grupp ta’ anzjani mill-Korea t’Isfel waslu fil-Korea ta’ Fuq sabiex għall-ewwel darba jiltaqgħu mal-qraba tagħhom wara li kienu nfirdu waqt il-gwerra tal-Korea bejn l-1950 u l-1953. Din il-gwerra devastanti qasmet…

Mużika

Ir-Reverendu Jesse Jackson irrakkonta wieħed mill-aħħar mumenti li għex ma’ Aretha Franklin qabel ma mietet il-Ħamis illi għadda. Waqt servizz fil-knisja fejn għexet f’Detroit, Michigan, ir-Reverendu Jackson jiftakar li kienu…

Aktar