Barranin
ARA: Tgħid li hija l-aktar persuna ‘bullied’ fid-dinja

Mart il-President tal-Istati Uniti, Melania Trump saħqet li hija l-aktar persuna li tiġi bullied fid-dinja.

Dan qalitu waqt intervista ma’ ABC News fejn spjegat kif l-attakki kollha fil-konfront tagħha li tirċievi fuq il-midja soċjali ispirawha biex tniedi l-kampanja kontra l-bullying ‘Be Best’.

Hija qalet li temmen li wasal iż-żmien li jsiru kampanji u inizjattivi biex iqajmu kuxjenza u aktar għarfien dwar l-abbuż verbali u l-bullying li jsir onlajn u fuq il-midja soċjali u l-konsegwenzi li jġibu magħhom.

Melania Trump temmen li aħna lkoll umani u l-fatt li hija stess qed tgħaddi mill-imsemmi abbuż tagħha l-kuraġġ li tiġġieled kontra s-cyberbullying.

Iżda bosta qed isibu l-kampanja kollha mhux kredibbli biżżejjed meta żewġha stess huwa magħruf għall-kummenti u tgħajjir tiegħu kull meta jaqla’ l-kritika.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fr Michael Los tilef il-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer iżda sal-aħħar nifs, fl-uġigħ u t-tbatija kollha, huwa baqa’ juri d-determinazzjoni u x-xewqa li jiġi ordnat qassis. Huwa ġie ordnat qassis fl-isptar…

Barranin

Magician fl-Indja niżel marbut b’katina fi xmara biex jagħmel bħal Houdini, iżda sfortunatament ma reġax tfaċċa, u huwa maħsub li miet. Chanchal Lahiri, magħruf bħala Mandrake, niżel fix-xmara Hooghly, fl-istat…

Barranin

Xufier ta’ trakk fl-Italja sab ruħu fil-ħin u l-post opportun biex isalva żagħżugħ li kien qed jipprova jneħħi ħajtu. Il-każ seħħ f’Milan, meta ġuvni ta’ 19-il sena tela’ fuq pont…

Barranin

Il-Pulizija qed ifittxu l-moħħ wara l-isparaturi li seħħew ilbieraħ filgħaxija f’Philadelphia li ħallew student maqtul u 7 oħra midruba. L-isparaturi seħħew f’festin tal-gradwazzjoni fejn kien hemm madwar 60 persuna bil-pulizija…

Aktar