Mużika
ARA: The Travellers bis-single ġdida ‘Ersaq fil-Qrib’

Ersaq fil-Qrib hija s-single il-ġdida tal-grupp Malti stabbilit The Travellers, b’filmat mużikali li juri familja tipprova tgħix minn jum għall-ieħor filwaqt li madwarha għaddej kunflitt.

B’lirika tipikament bil-Malti, din id-diska titkellem dwar dak li jorbot żewġ persuni, li jħossu li sakemm ikunu flimkien “id-dinja tista’ ssir nirien, u kollox jaqa’ jsir irmied.”

Parti minn din il-lirika hija riflessa fil-filmat, meta l-familja tqum maħsuda f’nofs ta’ lejl bin-nar jidher jaqbad barra t-tieqa, u splużjoni li ġġarraf id-dar u twassal għat-telfa tal-missier, bl-omm u l-iben iħallu d-dar u jkomplu l-vjaġġ tal-ħajja waħedhom.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Instab post alternattiv biex id-detox ma jibqax fejn l-isptar San Luqa fi G’Mangia. Dan ġie konfermat mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti li madankollu ma tax dettalji tal-post…

Kronaka

Ir-raġel li lbieraħ il-Pulizija ppubblikaw ritratti tiegħu qed ikun imfittex b’rabta ma’ serqa li seħħet ix-xahar illi għadda f’Tas-Sliema. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil dan ir-raġel. Minn stħarriġ…

Saħħa

Kollaborazzjoni bejn kumpanija fil-qasam tal-farmakoloġija li tinsab ibbażata f’Malta u riċerkatur Taljan qed twassal għal iżjed riċerka fit-terapija għall-kanċer. Din ir-riċerka hi ibbażata fuq sustanti meħuda minn pjanti mediterranji. Il-Professur…

Aktar