Kurżitajiet
ARA: Tibla’ l-fliexken tal-plastik u flokhom tagħtik il-flus

Filmat ta’ mara Taljana li tinsab fil-Ġermanja u li ttella’ fuq il-midja soċjali iktar kmieni dan is-sajf kellu reazzjoni qawwija ħafna, tant li rawh ‘il fuq minn miljun persuna.

Isabella Valentini tellgħet il-filmat biex turi kif taħdem magna tar-rifużjoni tal-fliexkien fil-Ġermanja, filwaqt li ħeġġet lill-awtoritajiet ta’ pajjiżha biex jinvestu f’magni simili.

Valentini tidher titfa’ għadd ta’ fliexken tal-plastik u tal-ħġieġ, kif ukoll bottijiet tal-aluminju, fil-magna wieħed wieħed, u għal kull flixkun jimmarka prezz fil-magna. Finalment ingħatat irċevuta ta’ €4.50 li setgħet tmur issarraf immedjatament.

Fl-aħħar baġit il-Gvern Malti ppropona sistemi simili, bil-konsultazzjoni fuq din it-tema li ntemmet f’Ġunju li għadda.

Ara wkoll:

Estiż il-perjodu ta’ konsultazzjoni dwar ir-rifużjoni fuq bottijiet u fliexken tal-plastik – il-PM

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

X’se jsemmuha lit-tarbija l-Prinċep Harry u martu Meghan?  L-ex attriċi tinsab lejn l-aħħar tat-tqala u l-kumpaniji tal-imħatri bħalissa għaddejjin b’furur dwar l-isem, is-sess, il-piż, id-data u l-post fejn se titwieled…

Kurżitajiet

Stephen Mckears, penzjonant Ingliż ta’ 72 sena kien inkwetat ferm meta beda jinduna li xi ħadd kien qed jidħollu mal-lejl u jiżbarazzalu l-viti, l-iskorfini u bċejjeċ żgħar tal-metall u l-plastik…

Kurżitajiet

Skont is-CNN, Malta hija fost l-aqwa pajjiżi minn madwar id-dinja kollha li għandek iżżur waqt ir-rebbiegħa. L-artiklu jgħid li wieħed jista’ jgawdi lil Malta aħjar fir-rebbiegħa b’temperaturi sħan u l-biċċa…

Aktar