Barranin
ARA: Tifel fl-Italja jimxi bil-kalma b’ors kbir warajh

Tifel ta’ 12-il sena fl-Italja rnexxielu jibqa’ kalm meta spiċċa b’ors kbir jimxi warajh.

Alessandro mar mixja ma’ familtu f’Nova di Sporminore, fi Trentino, meta ħin bla waqt ors tfaċċa minn ġos-siġar.

It-tifel dak il-ħin kien ftit ’il bogħod minn missieru, li beda jwissih biex jibqa’ kalm u ma jagħtix dahru lill-ors waqt li jkun qed jimxi ’l bogħod minnu.

Il-missier u l-iben it-tnejn baqgħu kalmi, iżda l-omm, meta ndunat x’qed jiġri, bdiet twerżaq, bit-tnejn l-oħra jsikktuha.

Il-missier, Loris Calliari, tkellem mal-midja u qal li ibnu jħobb ħafna l-orsijiet, u kien ilu jixtieq li jara wieħed fis-selvaġġ. Għalhekk kien ippreparat kif għandu jġib ruħu.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong għamlet l-ewwel arresti taħt il-liġi l-ġdida imposta minn Beijing kontra l-protesti. Dan hekk kif għadd kbir ta’ nies fakkru it-23 sena mit-tmiem tat-tmexxija Ingliża. Aktar minn 300…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti spara fuq mara li ħaditlu bandiera tan-Nażi li kellu mwaħħla quddiem daru f’Oklahoma. L-uffiċċju tax-Sheriff ta’ Garfield County qal li l-mara kienet qegħda f’festin fil-viċin, meta f’ħin…

Aktar