Immigrazzjoni
ARA: Tifel immigrant jidħol f’xatt iżomm ma’ fliexken tal-plastik

Tifel li kien fost 8,000 immigrant li fl-aħħar jiem daħlu f’art li tmiss mal-Marokk ikkontrollata minn Spanja rnexxielu jżomm fil-wiċċ grazzi għall-fliexken tal-plastik.

Filmati tal-immigranti jidħlu fi Ceuta xxandru fuq diversi mezzi tax-xandir hekk kif din kienet waħda mill-akbar wasliet f’daqqa ta’ immigranti fuq art meqjusa Ewropea.

Ceuta tinsab fit-tarf tal-Marokk faċċata ta’ Spanja u taqa’ taħt l-awtoritajiet Spanjoli. L-immigranti jidħlu fiha għax jittamaw li tkun il-“bieb” minn fejn jidħlu lejn l-Ewropa.

Il-filmat tat-tifel jasal fix-xatt ta’ Ceuta juri wieħed mis-suldati li ntbagħtu fuq il-post biex jikkontrollaw l-immigranti jħeġġu jaqdef l-aħħar ftit ħa jasal l-art.

Għalkemm l-awtoritajiet Spanjoli diġà keċċew żewġ terzi tal-immigranti li waslu Ceuta ħafna minnhom diġà qalu li jinsabu determinati li jerġgħu jidħlu f’din l-art.