Sigurtà
ARA: Tifel jixxabbat mill-karozza qalb it-traffiku fl-Imsida

Filmat li wasal għand TVM juri tifel jixxabbat ‘il barra minn tieqa ta’ karozza privata qalb it-traffiku fl-Imsida.

Il-persuna li ħadet il-filmat qalet li l-każ seħħ illum waranofsinhar fi Triq Reġjonali, bit-tifel li kien jidher qisu bl-uniformi tal-iskola.

L-istess persuna qalet li baqgħet ixxukkjata meta rat lit-tifel jixxabbat b’dak il-mod, bil-periklu ovvju li kien jinsab fih.

TVM qed jgħaddi lill-Pulizija l-filmat oriġinali li fih jidhru l-pjanċi tal-karozza.

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Aktar