Barranin
ARA: Tifel li nħataf xahrejn ilu fir-Russja jinstab fid-dar ta’ pedofelu

Tifel ta’ 7 snin fir-Russja ġie salvat kważi xahrejn wara li nħataf hekk kif niżel mix-xarabank tal-iskola u kien miexi lejn daru fil-villaġġ Gorki.

It-tfittxija għat-tifel kienet waħda kbira u involviet mat-3,000 persuna u awtorità, sakemm uffiċjali tal-Interpol sabu indikazzjoni ta’ utent fuq id-‘dark web’ li seta’ kien marbut mal-ħtif tat-tifel.

F’filmat ippubblikat mill-Ministeru għall-Intern Russu, il-forzi speċjali Russi jidhru qed iqattgħu bieb tal-ħadid tar-residenza li fiha nstab it-tifel f’Makariha.

Jinstema’ wkoll is-suspettat, raġel ta’ 26 sena, jgħid lill-uffiċjali li t-tifel qed jilgħab fuq notebook interattiv fil-kantina tad-dar.

It-tifel instab fiżikament qawwi u sħiħ, filwaqt li ġie assenjat psikologu biex jgħin lilu u lil familtu jissuperaw it-trawma.