Barranin
Ara: Tifel ta’ 11-il sena jsuq Ferrari f’Napli – ħallewh il-ġenituri għax “ilu jsuq il-go-kart”

Tifel ta’ 11-il sena nqabad isuq Ferrari fil-komun ta’ Casandrino, f’Napli.

F’filmat kontroversjali li ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali, huwa jidher isuq il-karozza lussuża f’parkeġġ, b’passiġġier maġenbu. It-tifel jidher ukoll joħroġ idur bil-vettura fit-triq.

Skont rapporti, it-tifel tħalla jsuq il-karozza mill-ġenituri tiegħu. F’kitba fuq Facebook, missier it-tifel qal li ibnu ilu jsuq il-go-kart is-snin. Qal, li t-tifel tħalla jsuq il-Ferrari f’parkeġġ privat taħt għajnejn għalliem tas-sewqan.