Barranin
ARA: Tifla ta’ 12-il sena t-tieni vittma ta’ kelb il-baħar fi Queensland

Tifla ta’ tnax-il sena fl-Awstralja sofriet ġrieħi gravi f’saqajha wara li sfat attakkata minn kelb il-baħar. Uffiċjal qal li t-tifla, li kienet ma’ missierha u oħtHa, ingħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post.

“When I saw her, I was very concerned that she may not survive,” qal it-tabib John Hadok.

Dan hu t-tieni attakk serju minn kelb il-baħar f’24 siegħa f’Whitsunday Islands fi Queensland. Ilbieraħ mara ngħatat il-kura għal ġrieħi li ġarbet f’saqajha u żaqqha. Hija tinsab f’kundizzjoni kritika.

Il-media Awstraljana qed tirrapporta li l-awtoritajiet se jagħmlu miżuri ta’ kontroll kontra l-klieb il-baħar.

Aħbarijiet Oħra
Familja Rjali

Meghan Markle u l-Prinċep Harry sabu ftit tal-ħin biex jerħulha lejn il-baħar waqt li qegħdin fi żjara Rjali fl-Awstralja. Huma żaru l-bajja famuża Bondi Beach fejn iltaqgħu mal-membri tal-OneWave, komunità…

Kurżitajiet

Fiċ-Ċina, tifel ħarab lil missieru fi stazzjon tal-ferroviji ta’ Xiaolan, fil-belt ta’ Zhongshan.  Meta suppost kellu jgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà tal-istazzjon, il-missier ma sabx lil ibnu u beda jinkwieta. It-tifel instab…

Barranin

Il-Bażilika Sagrada Familia f’Barċelona, waħda mis-siti turistiċi, se tħallas mal-€35 miljun lill-awtoritajiet wara li nbniet mingħajr permess. Ix-xogħol fuq il-Bażilika beda fl-1882 u kienet iddiżinjata minn Antoni Gaudí. Is-sit huwa wirt…

Barranin

Qed ikun meqjus bħala miraklu meta t-tarbija, li meta kienet għadha prematura waqfitilha qalbha għal 22 minuta, iċċelebrat l-ewwel għeluq sninha. Lacey Sherriff, li twieled ta’ 27 ġimgħa tiżen 635…

Aktar