COVID-19
ARA: F’Iżrael tifla ta’ 3 snin lura mal-ġenituri wara li spiċċat eżiljata b’mod aċċidentali għal 6 xhur

Melaniya Petrushanska ta’ tliet snin, qattgħet kważi sitt xhur f’eżilju aċċidentali wara li Iżrael għalaq il-fruniteri waqt li hi kienet imsiefra għal dik li kellha tkun btala qasira. It-tifla ta’ koppja ta’ immigranti Ukreni, nfaqgħet tibki malli ingħaqdet mal-ġenituri tagħha fl-ajruport.

Hija kienet akkumpanjata minn skorta speċjali minn Kyiv fejn kienet siefret għand nannitha f’Jannar. It-titjiriet ta’ ritorn ma operaw għaliex Iżrael kien għalaq il-fruntieri biex irażżan l-imxija tal-coronavirus.

Omm Melaniya, Alona qalet li kienet titkellem ma’ bintha b’video conference u kien tipprova tispjegalha li l-ajruplani huma morda u m’hemmx mod kif tirritorna għalissa għaliex kulħadd huwa marid.

Għalkemm Melaniya hija ċittadina Iżraeljana, nannitha mhix u dan għamilha impossibbli biex hi tidħol Iżrael waqt li kien impost lockdown fuq il-ftit ajruplani li kienu għadhom qed jagħmlu t-titjiriet.

Kieku l-ġenituri ta’ Melaniya siefru huma lejn l-Ukrajna, riedu joqgħodu ġimagħtejn kwarantina kemm meta jaslu l-Ukrajna u meta jerġgħu jirritornaw Iżrael. Dan ma kienx ikun għaqli għall-impjiet tal-missier fid-dawl tal-prospetti tax-xogħol meta l-ekonomija ta’ Iżrael ma kinitx tajba.

Israir kienet l-unika linja tal-ajru li qablet li twassal minuri mhux akkumpanjata u li ħallset hi l-ispejjeż għall-iskorta li akkumpamjha.

Melaniya se jkollha toqgħod kwarantina iżda dan ma naqqas xejn mill-emozjonijiet kbar li qed iħossu kollha kemm huma għax issa reġgħu ngħaqdu flimkien bħala familja wara perjodu diffiċli.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

COVID-19

Minn għada s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se terġa’ tibda tagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19. Ix-xandira diretta se tibda ssir kull nhar ta’ Ġimgħa fin-12.30pm u se tixxandar fuq…

Aktar