Barranin
ARA: Tifla tmur tkellem lil ommha waqt xandira diretta tal-aħbarijiet

Ġurnalista li kienet qed taqra l-aħbarijiet fuq stazzjon Russu kellha tieqaf bla ħsieb f’nofs xandira diretta, wara li bintha tfaċċat ħdejha wara l-bank tal-istudio.

Anna Kizilova rrakkontat mal-midja  kif kienet qed taqra l-aħbarijiet fuq Taghil TV, meta bintha marret ħdejha bil-mobile f’idha, waqt li bdiet tipprova tkellimha biex tgħidilha li rċeviet messaġġ.

Kizolova qalet li l-episodju seħħ fl-2012, iżda rawh biss dawk li kienu qed jaraw l-aħbarijiet dak il-ħin, u ma ttellax fuq l-internet.

Spjegat li dak iż-żmien ma kellhiex lil min iżommilha lil bintha sakemm tkun għax-xogħol, u wara dak li ġara kienet beżgħet li se titkeċċa. Madankollu ma seħħ xejn minn dan, għax id-diretturi qalulha li r-reazzjoni tat-telespettaturi kienet waħda pożittiva.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Road blocks u bliet vojta mistħajla tal-iħirsa. Hekk hi s-sitwazzjoni fi bliet fiċ-Ċina fejn l-imxija tan-Novel Coronavirus qed tibqa’ tisfida lix-xjentisti li għalkemm qed iżommu f’iżolament lil pazjenti milquta, xorta…

Trasport

Ir-Renault Clio 5, l-aħħar mudell maħruġ mill-kumpanija Franċiża Renault, għadha kemm ġiet iċċertifikata mill-Euro NCAP bħala l-aktar karozza sigura li hawn fis-suq. Saħansitra, anki meta mqabbla ma’ karozzi oħra li…

Barranin

Il-kumpanija Boeing lestiet b’suċċess l-ewwel titjira prova bl-ajruplan bl-ikbar magni fid-dinja, is-777X. Dan b’attentat li l-kumpanija terġa’ tibni r-reputazzjoni tagħha wara li l-ajruplan tagħha 737 Max spiċċa ma jistax jittajjar,…

Barranin

Filmat li kiseb popolarità kbira fuq il-midja soċjali juri l-mument li mewġ kbir jogħla fuq id-djar fil-gżejjer Baleariċi. Maltempata kbira, imlaqqma Gloria, ħakmet partjiet varji ta’ Spanja fl-aħħar jiem, b’mod…

Aktar