Barranin
ARA: Tiksru waqt xandira diretta għax bies mara bla permess

L-attriċi Charlize Theron ma qagħditx tomgħod il-kliem, u ma ddejqitx iċċanfar lill-preżentatur ta’ programm fuq stazzjon Franċiż waqt xandira diretta.

Flimkien mal-attur Seth Rogen, Theron kienet mistiedna fil-programm Touche pas a mon poste, ippreżentat minn Cyril Hanouna.

Minkejja li ma bdietx tifhem bil-Franċiż, Theron jidher li ma ħaditx gost meta rat lil Hanouna juża ton u ġesti goffi biex jordna lill-interpretu assenjata magħhom biex tmur fuq in-naħa l-oħra tal-istudio.

Theron mill-ewwel ikkummentat li Hanouna kien “bossy”, bil-preżentatur jipprova jiġbor ġieħu billi jersaq lejn l-interpretu u jbusha fuq ħaddejha filwaqt li jgħidilha kemm hi ħelwa.

Iżda altru milli ġabar ġieħu, b’dan il-ġest Theron iktar kompliet titfantas, u mingħajr tidwir mal-lewża qaltlu li darb’ oħra kien imissu talab permess. Minkejja li Theron qalet dan bi tbissima, l-messaġġ kien ċar kristall, u Hanouna kien viżibbilment skomdu.

Dan l-inċident kien wieħed minn lista ta’ każijiet simili li Hanouna kellu fil-programm tiegħu, fejn riċentament qala’ kontroversja wara li kummentatur fuq il-programm tiegħu bies mara fuq sidirha meta rrifjutat li tħallih ibusilha ħaddejha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar