Lokali
Ara: Tilef nofs wiċċu wara li kien iġġarraf bl-ajruplan

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier. Ma’ TVM, is-sur Gatt qal li wara l-inċident gravi bl-ajruplan li kellu fl-Iżvizzera, żviluppa passjoni għas-saħħa u s-sigurtà biex in-nies jevitaw l-inċidenti.

Il-bdot u inġinier Ivan Gatt ma jista’ jinsa’ qatt l-inċident gravi li kellu b’ajruplan privat tletin sena ilu f’Zurich l-Iżvizzera, meta l-ajruplan jiġġarraf waqt l-inżul tiegħu u li seta’ faċilment miet.  Waqt li ħelisha bi ġrieħi gravi f’wiċċu, Gatt jibqa’ jgħoddha b’waħda għax kien b’miraklu li ħelisha fl-inċident b’ajruplan tat-tip Cessna 421B, tal-kumpannija Eagle Aviation li kien qed jivvjaġġa fuqu bi stedina.

Ivan Gatt qal “irċevejt telefonata minn kollega tiegħi, qalli trid tiħi titjira miegħi se mmur Ruma, tagħmilli kumpanija, ajruplan iffissat fuqhom kont għadni kif ġibt il-liċenzja”.

L-Inġinier Gatt qal li meta kien nieżel l-ajruplan jiftakar biss iċ-ċpar, u xi twissijiet mit-torri tal-kontroll ta’ Zurich.

“L-aħħar li niftakar mit-torri tal-kontroll għal-landing, minn hemm ‘l hemm ma niftakar xejn, niftaħ għajnejja u nsib ruħi l-isptar..qas nista’ niċċaqlaq” qal Gatt.

Qalilna li wara l-inċident dam żmien twil rikoverat fi sptar f’Zurich, fejn bnewlu mill-ġdid wiċċu, permezz ta’ kirurġija plastika, u biex ħajtu ġiet kważi għan-normal, għaddew tlett snin, iżda għadu jsofri minn diżabilità u wġigħ fl-għadam. L-Inġinier Gatt jgħid li l-istorja tat-tiġrif tal-ajruplan biddlitlu ħajtu iżda qatt ma naffritu milli jtajjar ajruplan jew jitla’ bħala passiġġier.

Ivan Gatt qal “l-ivvjaġġar bl-ajru the safest, tant għandu regolamenti, miżuri ta’ sigurtà.”

L-Inġinier Gatt jaħdem fis-saħħa u s-sigurtà u saħanistra fl-iskejjel b’mod volontarju għax jemmen li t-tfal għandhom sa minn ċkunithom jitgħallmu fuq is-saħħa u s-sigurtà, li mhux biss jgħin lilhom iżda jistgħu jsalvaw ħajjet ħaddieħor.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Aktar