Barranin
ARA: Tilfu lil binthom żgħira fit-triq u sabuha wara 24 sena

Ġenituri fiċ-Ċina rnexxielhom jerġgħu jgħannqu lil binthom wara li kienet ilha 24 sena mitlufa.

Il-koppja kienu jbigħu l-fjuri fit-triq f’Chengdu, meta darba fost l-oħrajn indunaw li binthom, Qifeng ta’ tliet snin, ma kinitx qiegħda ħdejhom. Kien kollu għalxejn li fittxewha fl-inħawi, għax baqgħu ma sabuhiex.

Maż-żmien il-Pulizija bdiet tidentifika xi persuni li setgħu kienu Qifeng, madanakollu t-testijiet tad-DNA dejjem irriżultaw fin-negattiv.

Iżda l-missier qatt ma qata’ qalbu, u sena wara l-oħra baqa’ jfittixha. Mar jaħdem bħala xufier tat-taxi bit-tama li xi darba jiltaqa’ magħha. Peress li ma kellux ritratt tagħha, kien jipprintja l-karti b’wiċċ oħtha li kienet tixbaha, u jqassamhom lil kull min jiltaqa’ miegħu.

L-iżvolta saret permezz ta’ skizz tal-Pulizija, li ħolqu xbieha ta’ kif jaħsbu li tidher illum il-ġurnata din it-tifla li ntilfet snin ilu.

Mara bl-isem ta’ Wang Ying rat dan l-iskizz u baqgħet ixxukkjata tant kemm kien jixbaha. Hija għamlet kuntatt mal-familja, u skopriet li fil-fatt kienet hi dik it-tifla mitlufa.

Ying ivjaġġat ma’ żewġha u ż-żewġ uliedha biex tiltaqa’ mal-ġenituri u l-kumplament tal-familja. Kien mument emozzjonanti meta Ying iltaqgħet mal-ġenituri li d-destin kien firidha minn magħom.

Flimkien bkew b’dieqa għas-snin twal mitlufa, iżda wkoll b’ferħ li finalment reġgħu sabu lil xulxin.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Meta jaħkem il-maltemp, ħafna nies ifittxu l-irdoss ta’ darhom, u għalhekk ftit huma dawk li jirnexxielhom jaraw il-pajsaġġ Malti mixgħul u mdallam mill-elementi. Għadd kbir ta’ ritratti li ttieħdu fl-aħħar…

Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Aktar