Barranin
ARA: Tilgħabha taparsi mejta biex tevita attakk minn bison

Mara fl-Istati Uniti li kienet qed taħrab minn bison ifferoċjat ħelsitha ħafif, wara li lagħbitha taparsi mejta.

Il-każ, li nqabad fuq filmat miġbud minn mobile, kien irrappurtat li seħħ f’Yellowstone National Park.

Fil-filmat il-bison jidher jiġri wara koppja, iżda waqt li r-raġel kompla jiġri, il-mara tfixklet u waqgħet.

Il-mara baqgħet mal-art u ma tħarrkitx, bil-bison jidher jieqaf ħdejha u jxommha, iżda ma jagħmlilha xejn.

Il-bisons huma l-ikbar mammiferi fit-tramuntana tal-Amerka, bl-irġiel li kapaċi jaqbżu 900 kilogramma.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

Storja

Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett…

Aktar