Barranin
ARA: Tinġabar mill-Pulizija tal-Vatikan waqt li kienet qed tredda’ lit-tarbija

Mara għażlet li tredda’ lit-tarbija tagħha fi Pjazza San Pietru tal-Vatikan biex twassal messaġġ dwar id-dritt li n-nisa għandu jkollhom li jreddgħu lit-trabi tagħhom fil-pubbliku.

Il-mara, li kienet qed tipprotesta f’isem il-grupp femminista Femen, għażlet li tesebixxi ruħha bit-tarbija tagħha proprju f’Jum l-Omm. Fuq sidirha hija kellha l-kliem Latin ‘Alma Mater’, li jfisser ‘omm li titma’.

F’filmati li ttieħdu minn dawk preżenti, il-Pulizija tal-Vatikan jidhru jaqbdu lill-mara u jippruvaw imexxuha ‘l bogħod mill-pjazza. Hi iżda tirreżisti, u tgħaddi lit-tarbija f’idejn persuna oħra waqt li l-Pulizija jżommuha u jgħattuha b’kutra.

Waqt omelija l-Papa Franġisku kien qal li l-ommijiet m’għandhomx jiddejqu jreddgħu lil uliedhom fil-pubbliku, għax dan huwa att ta’ mħabba.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġ bdoti, li kienu jaħdmu mal-kumpanija Messikana tal-ajruplan li ġġarraf f’Kuba nhar il-Ġimgħa, qalu li l-kumpanija kienet irċeviet ilmenti dwar is-sigurtà tal-ajruplani tagħha. L-Awtoritajiet Messikani qalu li se janalizzaw is-sigurtà…

Barranin

Fiċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Festival tal-Films ta’ Cannes, Asia Argento qalet li fost l-udjenza kien hemm min għatta l-abbużi sesswali li wettaq Hervey Weinstein u li hemm min għadu qed jagħmel l-istess…

Barranin

Il-familja Rjali rringrazzjat lil dawk kollha li vvjaġġaw għal Windsor biex jattendu għat-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle. Ilbieraħ eluf ta’ nies ħonqu t-toroq tal-madwar biex jaraw lill-koppja fil-ġurnata tant…

Barranin

Dak li hu suspettat li wettaq il-massakru fl-iskola ta’ Santa Fe f’Texas qal lill-Qorti li hu ma qatilx lill-istudenti kollha li sab quddiemu, għaliex ried li jħalli ħajjin lil dawk…

Aktar