Barranin
Ara: Tingħata l-ewwel tilqima għall-Covid-19 mingħajr labra fl-Ewropa

Fi Sqallija dalgħodu ngħatat l-ewwel tilqima kontra l-Covid-19 mingħajr labra fl-Ewropa.

Il-vaċċin ingħata lit-tfajla residenti Messina, Anna Aveni, f’hub tal-Covid-19 f’Messina.

F’kummenti lill-midja wara t-tilqima, Aveni stqarret li kienet għadha ma tlaqqmitx għax tibżà mil-labra.

Fl-aħħar sigħat, il-belt Sqallija inawgurat mod ġdid ta’ kif jingħata l-vaċċin tal-Covid-19 mingħajr labra fi xtajta Ewropej. Is-siringa, tlaqqam lill-persuni mingħajr labra. Minflok, id-doża tiġi assorbita. Soluzzjoni, possibbilment, għal min joqgħod lura mit-tilqim għax jibżà mil-labar.

Din it-teknoloġija diġà ġiet sperimentata fl-Amerka, l-Awstralja u l-Indja, u ntużat kemm-il darba biex tlaqqam lin-nies kontra mard ieħor fl-imgħoddi. Dalgħodu, iżda, Anna kienet l-ewwel ċittadina Ewropea li ngħatat it-tilqima kontra l-Coronavirus permezz ta’ din it-teknoloġija.