Barranin
ARA: Tinżel b’suċċess fuq Mars wara mumenti ta’ qtigħ il-qalb

L-Aġenzija Spazjali Nasa niżżlet b’suċċess il-kapsula ġdida fuq Mars biex tanalizza l-qalba ta’ din il-pjaneta.

Il-makkinarju, magħruf bħala Insight, tniżżel fuq il-pjaneta fid-8.53pm tal-bieraħ filgħaxija.

Din l-operazzjoni, li qed tkun ikkontrollata minn laboratorju f’Kalifornja, ser tara li din il-pjaneta tiġi anlizzata b’mod li s’issa id-dinja biss ġiet studja bih.

Il-Kap tal-Aġenzija NASA, James Bridenstine, iddesriva dan it-tragward bħala “jum mill-aqwa”.

Ara x’ġara eżatt meta l-kapsula niżlet fuq il-pjaneta Mars waqt operazzjoni delikata għan-NASA.