Annimali
ARA: Tipprotesta u twaqqaf spettaklu tad-dniefel fil-park ta’ Baħar iċ-Ċagħaq

Attvisti għad-drittijiet tal-annimali llum daħlu jtellfu spettaklu tad-dniefel fil-Mediterraneo Marine Park ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Ftit wara li beda l-ispettaklu, waħda mill-attivisti tal-grupp Save the Ocean, li ġejjin mill-Ġermanja, ħarġet fin-nofs b’kartellun bil-kliem “Id-dar tagħna hija l-baħar.”

L-ispettaklu twaqqaf għal diversi minuti sakemm l-attivista tħalliet tagħmel il-protesta paċifika tagħha.

Fi stqarrija maħruġa iktar tard, l-attivisti qalu li riedu jiġbdu l-attenzjoni tal-ispettaturi għat-tbatija li jgħaddu minnha dawn id-dniefel.

Sostnew li d-dolpinariums mhumiex ambjent addattat għal dawn l-annimali intelliġenti, tant li 60 minn 90 dolphinarium fil-Punent tal-Ewropa għalqu l-bibien.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar