Lokali
ARA: Tirrakkonta kif għallmet lil Claudio Baglioni jkanta diska bil-Malti

F’intervista ma’ TVM, Rosette Micallef, li ilha taħdem l-MCC aktar minn 30 sena, irrakkuntat kif kienet għallmet lill-kantant Taljan, Claudio Baglioni jkanta diska bil-Malti.

Rosette Micallef qalet lil TVM li xogħlha qiegħed ħafna għal qalbha l-għaliex tiltaqa’ ma’ ħafna persuni. Tul il-karriera tagħha hija rnexxielha tiltaq’ ma’ ħafna persuni famui fosthom Claudio Baglioni. Rosette rrakkuntat kif għallmet lil Baglioni jkanta ”L-aħħar bidwi f’Wied il-Għasel” bil-Malti.

Hija qalet li din kienet esperjenza fuq xogħolha li m’hi se tinsa qatt.

Rosette Micallef tkellmet wkoll dwar dak il-lejl traġiku għall-MCC. Hija tiftakar sew dak il-lejl meta t-teatru fl-MCC qabad u nħaraq fl-1987. Rosette Micallef tirrakkonta kif waqt avveniment fejn kien hemm xi karozzi ġodda li kienu se jintwerew għall-ewwel darba, qabbdet purtiera fis-sala b’xi laser.

Felix Busuttil, żeffien u direttur tal-kumpanija taż-żfin Yada, qal lil TVM kif l-MCC iqisha bħat-tieni dar tiegħu l-għaliex iġġeddiddlu ħafna memorji ta’ spettakli taż-żfin li dderieġa u ħa sehem fihom.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar