Barranin
ARA: Tisħaq li rridu naġixxu għall-pjaneta bħal m’għamilna għal Notre Dame

Emozzjonata, l-istudenta Żvediża Greta Thunberg qalet li hemm bżonn naġixxu biex insalvaw il-pjaneta tagħna bl-istess ħeffa li aġixxejna biex insalvaw u nerġgħu nibnu l-Katidral ta’ Notre Dame.

Thunberg, li bdiet moviment internazzjonali ta’ żgħażagħ li jikkampanjaw għal azzjoni kontra t-tibdil fil-klima, kienet qed titkellem fil-Parlament Ewropew nhar l-Erbgħa li għadda.

Thunberg, li għandha 16-il sena, saħqet li fuq it-tibdil tal-klima rridu naġixxu daqslikieku d-dar tagħna ħadet in-nar. Qalet li spiss jgħidulha li l-paniku mhux f’loku fil-politika, iżda li hi temmen li f’din is-sitwazzjoni hemm bżonn li naqbdu nippanikkjaw.

L-għada li tkellmet fil-Parlament Ewropew, Thunberg iltaqgħet mal-Papa fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, filwaqt li llum mistennija tindirizza lis-senaturi Taljani u tmexxi strajk tal-istudenti.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miljuni ta’ votanti f’wieħed u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea qed jivvutaw fir-raba’ u l-aħħar jum tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew biex ikunu magħrufa s-751 ewroparlamentari li se jservu fil-ħames snin li ġejjin….

Barranin

Il-Peru jinsab taħt xokk hekk kif ftit tal-ħin ilu, terremot qawwi li mmarka 8.0 fiq l-iskala richter riegħed xi żoni tal-pajjiż. L-iktar milquta huma Yurimaguas u Tarapoto. L-epiċentru tat-terremot immarka fond…

Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Aktar