Barranin
ARA: Tisħnilhom rashom fuq Brexit waqt intervista ta’ TVM

Hekk kif ir-Renju Unit jinsab fuq l-għatba biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, il-qiegħa qed tisħon sew, anki fost il-pubbliku.

Nies b’fehmiet differenti ħarġu fit-toroq biex jipprotestaw jew jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-politiċi, fid-dawl tal-aħħar żviluppi fuq Brexit.

Crew ta’ TVM li jinsab f’Londra ltaqa’ ma wħud minn dawk li kienu minn ta’ quddiem biex isemmgħu leħinhom. Fost dawn anzjan favur li tissokkta s-sħubija ta’ pajjiżu mal-Unjoni Ewropea, u żagħżugħ li qed jikkampanja favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

Dik li kellha tkun reazzjoni qasira mingħand l-anzjan, spiċċat f’dibattitu jaħraq bejnu u bejn iż-żagħżugħ, wara li l-anzjan żeffnu fin-nofs u rrefera għalih bħala “idjota”.

Segwi x’ġara fil-filmat:

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea l-partit tal-lemin u tax-xellug tilfu l-maġġoranza filwaqt li kien hemm żieda fl-appoġġ għall-partiti liberali, il-ħodor u n-nazzjonalisti. Minkejja dan il-partiti taċ-ċentru lemini ser…

Barranin

Miljuni ta’ votanti f’wieħed u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea qed jivvutaw fir-raba’ u l-aħħar jum tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew biex ikunu magħrufa s-751 ewroparlamentari li se jservu fil-ħames snin li ġejjin….

Barranin

Il-Peru jinsab taħt xokk hekk kif ftit tal-ħin ilu, terremot qawwi li mmarka 8.0 fiq l-iskala richter riegħed xi żoni tal-pajjiż. L-iktar milquta huma Yurimaguas u Tarapoto. L-epiċentru tat-terremot immarka fond…

Kurżitajiet

Ilbieraħ filgħaxija, vann li kien ipparkjat kemxejn ‘il barra mill-kaxxa tal-parking, wassal biex weħħel coach fi triq dejqa f’Paceville. Ix-xufier tal-coach irnexxielu jgħaddi biss bis-saħħa ta’ xi wħud li kienu…

Aktar