Lokali
ARA: Tiskuża ruħha u tgħid li żbaljat fis-saħna tal-mument

Alexandra Alden, membru tal-ġurija tal-X Factor Malta, skużat ruħha wara li lbieraħ għaddiet kumment li skont ħafna, ma kienx xieraq.

Alden skużat ruħha mal-pubbliku wara li indirizzatu u qaltlu ‘shame on you’ hekk kif ġie eliminat grupp kantanti li kienet qed tmexxi għall-kompetizzjoni tal-X Factor Malta.

Hija qalet li għaddiet il-kumment fis-saħna tal-mument għaliex il-kantanti li ġew eliminati huma persuni speċjali għaliha.

Alden qalet li bl-ebda mod ma kellha tgħaddi dak il-kumment għaliex il-kompetizzjoni fuq kollox tħalli f’idejn il-pubbliku biex jivvota għar-rebbieħ.

Tista’ ssegwi l-programme tal-X Factor Malta hawn 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Ftit jiem qabel il-festa ta’ kuluri, spettaklu u bluha li joffri l-Karnival, il-Prim Ministru Robert Abela żar uħud mill-parteċipanti li qed jagħmlu l-aħħar tħejjijiet fuq il-karrijiet tagħhom taħt it-tinda fil-Marsa….

Lokali

Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, Marvin Gaerty, qal li kull persuna u kumpanija f’Malta li nkixfu mill-Panama Papers u Swiss Leaks, qegħdin jiġu investigati u għalkemm diġà nġabru aktar minn €100 miljun…

Kronaka

L-Erbgħa filgħodu, fl-iskola sekondarja tar-Rabat Għawdex, tliet studenti subien kellhom jittieħdu l-isptar minħabba li belgħu xi pilloli tal-irqad. Qal dan fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni, fejn qal li kienu l-istudenti stess…

Ekonomija u Finanzi

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Intrapriża proponiet numru ta’ miżuri kif fil-fehma tagħha l-ekonomija Maltija tista’ tkompli tikber b’mod sostenibbli b’rispett lejn l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja. Ir-rakkomandazzjonijiet inġabru f’dokument li joffri…

Aktar