Barranin
ARA: Titkellem dwar iż-żmien diffiċli li għaddiet minnu kemm ilha li saret omm

Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle kienet viżibbilment emozzjonata waqt intervista mal-ġurnalist Tom Bradby.

Hija rringrazzjat lil Bradby talli saqsieha kif inhi l-għaliex qaltlu ftit wisq kienu dawk li ġenwinament staqsew dwar saħħitha minn mindu żżewġet lil Prinċep Harry u saret omm.

Markle qalet li xej ma kienet faċli ħajjitha li nbidlet mil-lejl għan-nhar f’tebqa’ t’għajn minn mindu saret parti mill-familja rjali.

Hija qalet li kienet parikolarment diffiċli għaliha tkun figura pubblika mingħajr l-ebda privacy u trankwillità waqt it-tqala u t-twelid ta’ binha Archie.

Meghan qalet li waqt u wara t-tqala, kull mara, hi min hi, tkun ħafna aktar vulnerabbli.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Pollakk kiteb ittra lill-kumpanija Netflix li fiha insista li jsiru tibdiliet fid-dokumentarju dwar il-kampijiet Nażżisti ta’ konċentrament. Il-Prim Ministru Mateusz Morawiecki qal li mappa li tintwera fis-sensiela, tpoġġi…

Barranin

Fil-Bolivja, is-senatriċi tal-oppożizzjoni Jeanine Áñez iddikjarat lilha nnfisiha bħala l-president transitorju ġdid tal-istat Sud Amerikan wara r-riżenja ta’ Evo Morales. Il-politikani mill-partit ta’ Morales ibbojkottaw is-sessjoni fil-parlament u għaldaqstant ma…

Barranin

Ix-xjentisti, ħasbu li din il-ħlejqha għosfrot għal kollox wara li ilha ma titfaċċa madwar 30 sena. Dan il-mammiferu, magħruf aħjar bħala mouse-deer jew silver-backed chevrotain, intlemaħ f’foresta fil-Vjetnam u għandu…

Aktar