Mużika
ARA: Titnieda l-kanzunetta “Dil-Mara” ta’ Miriam Christine

Fit-22 ta’ Novembru 2019, il-kantawtriċi Miriam Christine għamlet ir-ritorn tagħha fix-xena tal-mużika lokali, bit-tnedija t’album ġdid, album li jġib l-isem ta’ “Dil-Mara”. L-album, li jikkonsisti minn 9  kanzunetti oriġinali bil-lingwa Maltija, tela’ fil-quċċata tal-klassifika lokali fuq il-pjattaforma diġitali iTunes.

Proprju l-10 ta’ Frar, ġiet magħżula minn Miriam Christine bħala d-data li fiha tiġi mnedija t-tielet kanzunetta, mill-album wara s-suċċess ta’ “Bi Ftit Kliem” u “Mill-Għatba ‘l Ġew”. Il-kanzunetta hija dik prinċipali li l-album imsemmi għaliha. “Dil-Mara”, il-kanzunetta li biha l-album jiġi fi tmiemu, għandha mużika ta’ Miriam Christine u lirika tal-istess Miriam Christine b’kollaborazzjoni m’Emil Calleja Bayliss.

Il-kanzunetta “Dil-Mara” ġiet miktuba għal dawk in-nisa li ħajjithom xejn ma kinetx feliċi fejn tidħol l-imħabba iżda li m’għandhomx jaqtgħu qalbhom mill-futur, għaliex ma jistgħux iħallu l-passat jikkmanda dak li għadu jrid iseħħ. Huma għandhom jibqgħu jemmnu, jippruvaw u jfittxu l-imħabba għaliex fl-aħħar mill-aħħar, x’hemm aktar importanti?

Jekk tixtiequ tiksbu kopja tal-album “Dil-Mara” li fih issibu il-kanzunetta “Dil-Mara” kif ukoll il-kanzunetti li ġew mnedija aktar fis-sena 2019; “Mill-Għatba ‘l Ġew” u “Bi Ftit Kliem”, dan tistgħu tagħmluh onlajn fuq siti digital bħal iTunes, Amazon, Deezer, Apple Music, u Spotify kif ukoll fil-ħwienet ewlenin tal-mużika: D’Amato Records, Exotique u Olimpus Music.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar