Kurżitajiet
ARA: Tiżżewweġ bl-itwal mant li qatt intlibes minn għarusa

Fi tmiem il-ġimgħa l-istilla ta’ Bollywood Priyanka Chopra iżżewġet lill-kantant Amerikan Nick Jonas f’Rajasthan.  It-tieġ tagħhom seraq ix-xena minħabba li l-għarusa libset mant twil 23 metru.

L-attriċi Indjana poġġiet ir-ritratti tat-tieġ fuq Instagram li fihom tidher bil-libsa tat-tieġ li ġiet iddisinjata minn Ralph Lauren.  Kienet libsa b’ħafna dettall, fosthom żewġ miljun sequin tal-perli.  Iżda ma kienx dan id-dettall li ġie nnutat l-iktar, għax il-velu tant kien twil li aktarx kien l-itwal wieħed li qatt intlibes minn għarusa s’issa.

Il-mant tant kien twil li kellhom iġorruh tim ta’ rġiel apposta, bil-għan li l-għarusa tkun tista’ timxi u tmur minn post għall-ieħor.  Iċ-ċerimonja taż-żwieġ saret is-Sibt fil-Palazz Umaid Bhawan u kienet immexxija minn missier Jonas, Paul Kevin li huwa pastor.

It-tieġ dam għaddej tliet ijiem, li matulhom saret iċ-ċerimonja tradizzjonali bir-rit tal-Hindu, fejn il-koppja jerġgħu jagħlu l-kunsens lil xulxin mill-ġdid.

F’dan il-filmat tista’ tieħu idea aħjar tal-libsa u tal-mant li libset Chopra.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May se tibqa’ fil-kariga wara li kisbet vot ta’ fiduċja llejla u b’hekk se tibda tmexxi lill-Partit Konservattiv Ingliż. Hija rebħet b’200 vot favur u 117…

Trump

Tliet snin ħabs għal Michael Cohen, li kien l-avukat personali tal-President Amerikan Donald Trump waqt il-kampanja presidenzjali. Quddiem il-Qorti Federali Amerikana, Cohen ammetta l-akkużi li kien il-moħħ wara l-ħlas lil…

Barranin

Fi Franza tkompli t-tfittxija għall-aggressur li t-Tlieta filgħaxija spara diversi tiri fis-suq tal-Milied f’Strasburgu u qatel żewġ persuni. Il-qattiel ġie identifikat bħala Cherif Chekatt u għandu 29 sena. Fi Strasburgu…

Barranin

Triq fil-Ġermanja ġġammjat wara li nksiet biċ-ċikkulata. Dan wassal biex inħolqot konġestjoni tat-traffiku. It-triq f’Westönnen ingħalqet wara li tank mimli ċikkulata ġo fabbrika nxtered fit-triq. Iċ-ċikkulata f’ħakka t’għajn għaqdet u…

Aktar