Barranin
ARA: Tkissrilha l-iskultura bi żball waqt xandira diretta

Mument imbarazzanti għal ġurnalista li kienet qed tintervista lill-attriċi Anna Dereszowska waqt xandira diretta fuq stazzjon Pollakk.

Il-ġurnalista Kinga Burzynska kienet qed tagħmel servizz dwar ix-xogħol artistiku ta’ Dereszowska, ftit qabel ma din tal-aħħar kienet se tesebixxi x-xogħlijiet tagħha f’wirja.

Passejn lura ssarrfu f’diżastru għal Burzynska, li mbuttat il-pedestall li fuqu kien hemm l-ewwel skultura li għamlet l-attriċi.

L-attriċi, li kienet qed tagħti dahra lill-iskultura, ma rathiex nieżla, u ndunat biss meta semgħet il-ħoss tat-tisbita li ħasadha.

L-iskultura ġiet biċċiet, u ma jidhirx li kien hemm wisq tama li tiġi salvata.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Barranin

F’Toronto l-Kanada, erba’ persuni indarbu fi sparar li seħħ waqt ċelebrazzjoni għar-rebħa tat-tim tal-Basketball Toronto Raptors. L-attakk seħħ matul il-jum, waqt li eluf ta’ nies entużjasti għal dan it-tim tal-basketball…

Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Aktar