Knisja Maltija
ARA: Tlesta r-restawr fil-kripta tal-Granmastri fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Wara xogħol estensiv, tlesta r-restawr li kien qed isir fil-kripta tal-Granmastri fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Din il-kripta għandha valur storiku għoli fl-istorja tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta għax fiha hemm midfuna 11-il Granmastru li ħallew patrimonju kbir f’Malta. Minħabba li l-kripta qiegħda taħt l-art, il-kundizzjonijiet m’huma ideali xejn għall-affreski, il-monumenti u s-sarkofagi tal-ġebel minħabba l-umdità u l-ilma li jidħol mal-ħitan li kienu qed jagħmlu l-ħsara lill-affreski mpittra fuq il-ħitan.

Kien għalhekk li l-kripta kellha bżonn interventi qawwija ta’ restawr. Kif spjegat il-Kap Eżekuttiv u l-Kuratur tal-Fondazzjoni tal-Kon Kattidral, Cynthia de Giorgio, is-sistema biex tinżamm it-temperatura ideali fil-kripta kienet sfida kbira u ġie fdata f’idejn il-kumpanija TBA Periti mmexxija minn Gaston Camilleri li għadha kif ġiet ippremjata minn Din l-Art Ħelwa għax-xogħol li għamlet.

Cynthia de Giorgio qalet li saru sentejn ta’ studji xjentifiċi biex ikun studjat l-ambjent tal-kripta u r-rimedji li setgħu isiru biex titranġa lura l-ħsara kkawżata mill-umdità

“L-isfida l-oħra kienet kif se naslu hawnhekk bid-ducting tal-equipment li qiegħed stored fuq il-bejt. L-unika mezz kien l-erba’ openings li jgħidulhom oculai bil-latin, li hawn fil-kripta. Biex naslu sa dawk l-erba’ openings li hemm, qishom twieqi żgħar tondi, kellna nneħħu l-art tal-irħam, insibu t-toqob oriġinali u d-ducting ġie laid għal dawk l-erba’ oculai u mbagħad kellna nagħmlu kollox f’postu ovvjament. U hekk il-livelli ta’ umdita’ huma stabbli, it-temperatura wkoll.”

Issa li tlesta r-restawr fil-kripta, il-pubbliku li jżur il-Kon Katidral ta’ San Ġwann jista’ jinżel fil-kripta u jaraha minn wara bieb maħdum apposta. Dan għaliex, kif spjegat Cynthia de Giorgio, biex il-livelli ta’ umdità jinżammu fi stat stabbli, il-kripta kellha tingħalaq.

Fost il-11-il Granmastru li hemm midfuna fil-kripta hemm l’Isle Adam, li ġab l-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta, La Valette u Alof de Wignacourt. Meqjus bħala ġawhra ewlenija, il-Kon Katidral ta’ San Ġwann huwa l-akbar monument li ħallew il-Kavallieri għaliex kien il-Knisja konventwali tal-Ordni.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Riċerka

L-użu tal-Malti u l-Ingliż ser jiġi analizzat permezz ta’ serje ta’ seminars organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti taħt il-patriċinju tal-President George Vella. Thomas Pace, id-direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti qal li l-istudju…

Stejjer Umani

F’Dar Frate Jacoba f’Marsaskala, sibna żewġt itfal qed jiġu mgħallma s-sengħa tar-raħħala, b’nagħġa għadha twelled u qed tisqi lill-frieħ tagħha. Fr Ray Scicluna li ilu jmexxi d-dar qalilna li t-tmint…

Agrikultura

Ras għal ras il-Maltin huma t-tieni l-aktar li jiġġeneraw skart fid-djar tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Skont ċifri tal-Eurostat, kull Malti jiġġenera medja ta’ 647kg skart fis-sena. Jaqbżuna biss id-Daniżi li jiġġeneraw…

Aktar