Immigrazzjoni
ARA: Tliet gruppi ta’ immigranti jitilqu minn Malta

Tliet gruppi ta’ immigranti telqu minn Malta lejn il-Ġermanja, il-Litwanja u r-Rumanija.

Fi stqarrija tal-gvern ingħad li dawn l-immigranti ġew salvati mill-Forzi Armati f’ħidmiet ta’ salvataġġ f’ħames okkażjonijiet separati.

Fl-ewwel salvataġġ f’Awwissu li għadda, Malta intervjeniet biex twasslu l-art 356 immigrant, skont ftehim mal-Kummissjoni Ewropea li dawn jiġu rilokati kollha f’numru ta’ stati membri fl-Unjoni Ewropea.

Fiż-żewg salvataġġi l-oħra s-sajf li għadda, il-Forzi Armati ġabu l-art immigranti li kienu abbord il-bastiment Alan Kurdi, tal-għaqda mhux governattiva Sea-Eye.

L-immigranti li telqu minn Malta għall-Ġermanja, l-Litwanja u r-Rumanija ġew assistiti mill-awtoritajiet lokali, l-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u minn uffiċjali tat-tliet pajjiżi.

Aħbarijiet Oħra
Ippjanar u bini

Applikazzjoni kontroversjali għal żvilupp fuq sit ta’ villa storika tas-seklu tmintax fiż-Żejtun, ġiet irtirata mill-iżviluppatur. L-applikazzjoni kienet qed titlob li l-Awtorità tal-Ippjanar tibdel iż-żona fejn tinsab Villa Bonici minn waħda…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, saħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali biex jinqabad min ordna, iffinanzja, u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ffirma ittra li permezz tagħha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra Presidenzjali ġaladarba suspettat li kien involuta fil-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jikxef dak…

Kronaka

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ kadavru ta’ mara li ttella’ mill-Bajja tal-Balluta. Kien għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ il-baħar f’din il-bajja….

Aktar