Unjoni Ewropea
ARA: Tliet proġetti b’fondi Ewropej fil-komunità taż-Żejtun

Tliet proġetti b’budget ta’ aktar minn €60,000 bejniethom minn fondi tal-Unjoni Ewropea ħallew fiż-Żejtun wirt restawrat fil-knisja, tagħmir ġdid fosthom għat-tagħlim tal-mużika f’wieħed mill-każini tal-banda, waqt li grupp ta’ żgħażagħ ħadu sehem fi skambju.

Dan kollu sar bl-għajnuna tal-MEUSAC, l-aġenzija tal-gvern li għandha fil-qalbha tagħha ħidma biex tqarreb liċ-ċittadini mal-Unjoni Ewropea.

Waqt l-era barokka, fil-bidu tas-seklu 18, tlesta l-bini tal-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun, opra mill-isbaħ ta’ Lorenzo Gafa. F’dan iż-żmien, il-fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju kienet bdiet tiddekora l-artal tagħha. Bi ftit aktar minn €10,000 fondi tal-Unjoni Ewropea, il-fratellanza rrestawrat l-artal u żewġ gandlieri, kif spjega l-Perit Ruben Abela, uffiċċjal ta’ din il-fratellanza.

“Kellu l-irħam kien maqlugħ u migruf u uħud mill-irħam li ntilef maż-żmien u ħassejna l-ħtieġa li kapulavur artistiku jiġi rrestawrat u b mod professjonali,” qal Ruben Abela mill-Fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju, iż-Żejtun.

Faċċata tal-knisja, il-każin tal-għaqda mużikali Beland. F’dan l-ambjent mużiċisti kompetenti qed irawmu n-namra mużikali fost il-ġenerazzjonijiet iżgħar fl-età permezz tat-tagħlim tal-mużika. Mario Baldacchino spjega li l-każin gawda minn €14,000 għax-xiri ta’ tagħmir li jtejjeb il-metodu użat għat-tagħlim tal-mużika, tagħmir għal kunċerti, produzzjonijiet teatrali u avvenimenti kulturali, u għax-xiri ta’ apparat tal-awdjo biex jintuża f’attivitajiet matul is-sena.

“L-għan kien li nkomplu ninvestu noffru it tagħlim tal-mużika lill-komunità taż-Żejtun mingħajr ħlas u permezz ta’ investiment f’ apparat modern,” qal Mario Baldacchini mill-Għaqda Mużikali Beland, iż-Żejtun.

Anke l-Kunsill Lokali taż-Żejtun ibbenefikaw minn fondi Ewropej. Kważi €40,000 biex jamministra proġett intrakulturali bis-sehem ta’ rappreżentanti żagħżagħ minn 4 pajjiżi: Malta, il-Polonja, il-Bulgarija u l-Latvja.

“Prattikament ġietna l-idea kif nistgħu nesponu l-kultura taż-Żejtun u ġietna l-idea kif nkellmu l-Meusec kif dawn l-ideat nistgħu niżvolġuhom fi proġett fi skambju mal-Erasmus class,” qalet Stephanie Fenech mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun.

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Carmelo Abela, qal li proġetti bħal dawn jipprovdu s-sisien għat-tisħiħ ta’ elementi kulturali importanti li jsawwru l-identità Maltija.

“Dan huwa mod tanġibbli kif qed jintużaw fondi ewropej għall-kultura Maltija, issa jekk hux qed jintużaw fondi għall-qasam artri relġħjużi, għatll-baneda li jgħallmu l-mużika u inizjattivi mill-kunsilli lokali għall- exchanges biex jaqsmu l-kultura Maltija ma kulturi oħrajn,” qal il-Ministru Carmelo Abela.

Il-Ministru Abela qal li jittama li jkun hemm aktar għaqdiet u entitajiet, governattivi u m’humiex, li jikkonkretizzaw il-ħidmiet tagħhom permezz ta’ proġetti simili li huma msaħħa bil-fondi ko-ordinati mill-MEUSAC.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar