Barranin
ARA: Tlieta feruti mill-barrin fl-ewwel jum tal-festival f’Pamplona

Eluf ta’ nies, bejn dawk li jfittxu kull skuża biex jiċċelebraw u dawk li huma dilettanti tal-ġirja mal-barrin, imlew il-pjazza prinċipali tal-belt ta’ Pamplona, fit-tramuntana ta’ Spanja, għall-bidu tal-festival annwali ta’ San Fermin.

Tliet persuni ndarbu bil-qrun tal-barrin u tnejn oħra sofrew ġrieħi f’rashom waqt l-ewwel ġurnata tal-festival. Il-ġirja ta’ 800 metru mal-barrin, mat-toroq tal-belt medjevali, damet żewġ minuti u 41 sekonda.

“It was very, very busy today being Sunday. But all the bulls were very close and together and very fast so it was really good, a good and clean run,” qal Gordon Macdonald, wieħed mill-parteċipanti.

Eluf ta’ persuni lebsin minn rashom sa saqajhom bl-abjad u mkatar ħomor m’għonqhom, jinġabru kull sena għall-ġirja tradizzjonali. Fi tmiem il-ġirja, il-barrin jinżammu fl-arena biex wara nofsinhar isir il-ġlied kontrihom.

“The world of the bulls is, I only wish more people who were from my country, from Britain, understood the world of the bulls because it is one of the most fundamental things in your life. Once you have ‘afición’ (to be a fan) for the bulls, it will stay with you and inform you in every thing that you do,” spjega Alexandre Aske-Harrison.

Is-soċjetà tas-salib l-aħmar dewwiet 53 peruna. Għalkemm waqt dan il-festival spiss ikun hemm korrimenti, l-aħħar każ fatali seħħ għaxar snin ilu meta miet l-Ispanjol Daniel Jimeno wara li tniffed bi qrun tal-barri f’għonqu.

Għal ġimgħa sħiħa, Spanjoni u turisti se jkunu qed jiġru mal-barrin kull filgħodu fit-tmienja.

Tul is-snin il-festival spiss qajjem dibattitu dwar it-trattament tal-annimali. Il-Ġimgħa, dimostranti kważi għarwenin mteddew fit-toroq b’lanez foloz ħerġin minn darhom jipprotestaw kontra dak li jqisu bħala krudeltà tal-annimali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet…

Barranin

Fis-Siberja, mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u 13-il oħra għadhom irrapportati nieqsa wara li ċediet diga minjiera tad-deheb. Id-diga ċediet wara l-għargħar li laqtu ż-żona. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 14-il…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw…

Barranin

Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle kienet viżibbilment emozzjonata waqt intervista mal-ġurnalist Tom Bradby. Hija rringrazzjat lil Bradby talli saqsieha kif inhi l-għaliex qaltlu ftit wisq kienu dawk li ġenwinament staqsew…

Aktar