Barranin
ARA: Tmut Fausta – l-iktar rinoċeronti xiħa fid-dinja

Mietet l-iktar rinoċeronti magħrufa li kellha żmien fid-dinja. Ir-rinoċeronti, li ssemmiet Fausta, kellha 57 sena u kienet tgħix fit-Tanżanija.

Fausta hija rinoċeronti iswed mil-lvant tal-Afrika, u ntlemħet l-ewwel darba fi Ngorongoro fl-1965 meta kien għad għandha tliet snin.

Hija qattgħet iktar minn ħamsin sena tgħix waħedha fis-selvaġġ, iżda fl-aħħar snin kellha tinżamm f’santwarju minħabba li saħħitha bdiet taqta’ lura, speċjalment wara li ġiet attakkata mill-hyenas.

Fausta qatt ma kellha frieħ, u din hija parti mir-raġuni li l-konservazzjonisti jemmnu li żammitha ħajja daqshekk fit-tul. Fis-selvaġġ dawn ir-rinoċeronti normalment jgħixu sa madwar 40 sena.

Rinoċeronti tal-istess speċi bħal Fausta jinsabu fil-periklu li jiġu estinti minħabba kaċċa illegali, iżda fl-aħħar ftit snin in-numri tagħhom bdew jirkupraw.