Barranin
ARA: Tod u Copper jieħdu l-ħajja f’razzett f’Toscana

Xena ħelwa li żvolġiet f’razzett f’Toscana, fl-Italja, tqanqal memorji għal ħafna li fi tfulithom raw il-kartun animat ta’ Disney ‘The Fox and the Hound’, jew kif kien magħruf bit-Taljan ‘Red e Toby’.

Il-kartun animat huwa dwar ħbiberija mhux tas-soltu bejn volpi li jismu Tod u kelb tal-kaċċa bl-isem ta’ Copper.

Il-ġerwa li tidher fil-filmat li nġibed fl-aħħar jiem f’Toscana, tidher qed tipprova tilgħab mal-volpi fuq in-naħa l-oħra tal-ilqugħ.

Il-volpi għall-ewwel jidher xi ftit suspettuż, iżda malajr jirrealizza li l-kelba m’għandhiex intenzjonijiet ħżiena, u jkompli jirraġġa magħha mill-bogħod.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Barranin

Dik li kellha tkun imħatra bejn 3 ġuvintur spiċċat fi traġedja hekk kif tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jisirqu xi residenzi privati. It-traġedja seħħet f’Georgia, fl-Amerka meta 3 ġuvintur liebsin…

Aktar