Lokali
ARA: Togħma ta’ kif se jkun il-mużew virtwali f’Dar il-Mediterran

Il-Kap Eżekuttiv tal-MCC, Pierre Fenech, ta togħma ta’ kif il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi l-mużew virtwali – proġett li se jitnieda aktar tard din is-sena fl-okkażjoni tal-40 sena anniversarju mill-ftuħ tad-Dar il-Mediterran għall-Koferenzi.

Is-Sur Pierre Fenech spjega lil TVM kif f’dawn l-aħħar 4 snin kienet qed issir ħidma fuq proġett differenti, mhux tas-soltu u l-ewwel wieħed tax-xorti tiegħu f’Malta – dak ta’ mużew virtwali. Huwa kompla jispjega kif il-pubbliku se jkun jista’ jara xeni minn tal-imgħoddi li kienu jsiru propju fis-Sagra Infermeria, dik li llum nafuha bħala Dar il-Mediterran.

TVM tkellem ukoll mas-sur Anthony Miceli Demajo li kien l-ewwel persuna li rifes fl-MCC meta ngħatat wiċċ ġdid. Huwa qal li dik li kellha tkun l-idea li l-post isir biex jilqa’ l-konferenzi nbidlet f’waħda li tagħti esperjenza unika lill-pubbliku biex iduq ftit minn dak li kien isir/sar fl-imgħoddi fis-7,000 sena tas-storja ta’ Malta.

Il-Perit Vince Cassar, li kien ta sehem ewlieni fir-restawr ta’ Dar il-Mediterran spjega kif il-ħaddiema kienu ħadmu lejl u nhar biex il-post jingħata wiċċ ġdid f’100 jum.

Huwa rrakkonta dwar l-isfida ewlenija tax-xogħlijiet fejn is-saqaf kellu jinbidel kollu. Huwa qal li r-riżultat finali taħ soddisfazzjon kbir.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar