Stejjer Umani
Ara: Toħlom li tgħannaq lil bintha li mietet 4 snin ilu

Meta omm titlef lil bintha f’età żgħira, il-pjaga tal-firda ma tfiq qatt. Simone Bezzina li tilfet lil bintha Chanelle ta’ 22 sena stqarret ma’ TVM li biex tipprova ttaffi ftit mill-uġig, ikkonvertiet id-dar f’mużew għal bintha.

Bħal-lum erba’ snin ilu, Chanelle Bezzina kienet fuq btala f’Livigno fl-Italja, u ftit wara li waslet lura Malta, ttieħdet l-isptar u mietet ftit sigħat wara. Hija kienet ilha sentejn tikkumbatti l-kanċer. Omm Chanelle, Simone, ikkonvertiet id-dar bħal f’mużew għall-għażiża bintha b’ritratti tagħha, ma’ kullimkien. Kull filgħodu Simone tħoss bħal daqqa ta’ stallett għax tohlom b’bintha iżda meta jisbaħ, ma ssibhiex hemm.

Simone Bezzina qalet “l-uġigħ se jibqa’ dejjem fil-qalb, kellek xebba bħal dik, fi tliet sigħat, filli miegi, filli le, telqet f’idi iebsa mmens”.

Simone qalet li għalkemm in-nies jarawha żżomm ruħha u titbissem, fil-verità qalbha maqsuma biċċiet.

“Tilbes il-maskla biex forsi madwarek ma jarawkx imdejqa imma fil-qalb il-ferħ li kelli telaq magħha”.

Simone żammet il-kamra ta’ Chanelle, bil-ħwejjeġ, make-up, u fwieħa eżatt kif kienu qabel ma mietet. Urietna wkoll id-djarju immarkat bid-data ta’ għeluq snina għall-2015, jum li Chanelle ma gawdiet qatt.”

Simone Bezzina qalet “għamilt din it-tattoo għaliha, daħlitli idea f’moħħi biex meta jgħajjatli l-bambin tinżel miegħi għal dejjem ta’ dejjem Ammen”.

Simone qalet li tixtieq tappella lil ulied u ġenituri biex jekk għandhom xi differenzi bejniethom isolvuhom qabel ikun tard wisq.

“Le jaħasra għamlu kuraġġ, problemi kulħadd ikollu, toqogħdux bogħod mit-tfal, tagħmluhomx dawn l-affarijiet”.

Fid-dar tal-familja Bezzina, fuq kull ħajt wiċċ Chanelle jdawwal id-dar bit-tbissima sabiħa tagħha, b’Simone tistenna l-mument li xi darba terġa’ tgħannaq lil bintha għal darb oħra.

Aħbarijiet Oħra
Statistika

Riċerka li saret fost persuni b’diżabilità inkluż tfal bl-awtiżmu u persuni bi sfidi mentali, ħareġ li dawn iħossu li m’għandhomx biżżejjed aċċess għal ċertu servizzi. Ir-riċerka li saret mill-Fondazzjoni Inspire…

Kronaka

Tfajla ta’ 19-il sena mid-Danimarka spiċċat misruqa lbieraħ fil-23:30, fil-Gżira. Is-serqa seħħet fi Triq ir-Rebħa, fil-Gżira meta raġel allegatament heddidha b’oġġett jaqta u bil-ponta waqt li kienet qed tpejjep barra…

Kronaka

Matul il-lejl żewġ karozzi ħadu n-nar f’żewġ lokalitajiet differenti. Għall-ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu, il-pulizija kienet infurmata li fi Triq in-Naħal f’ Ħal Qormi vettura tat-tip Toyota Vitz ħadet in-nar. Dwar…

Aktar