Barranin
Ara: Tornado enormi tan-nar f’Kalifornja

Tornado tan-nar laqat lit-tramuntana ta’ Kalifornja fl-Istati Uniti.

Din hi waħda mill-aħħar effetti ta’ temp estrem li qed jolqot dawn in-naħat tal-Istati Uniti li qed jirreġistraw temperaturi rekord li jaqbżu l-40 grad Celsius.

Hu stmat li dan it-tornado qered aktar minn 4,000 ettaru ta’ foresta.

Fl-aħħar jiem, f’Death Valley National Park li jinsab proprju f’Kalifornja ġew irreġistrati 54 grad Celsius, kważi l-ogħla temperatura fid-dinja.