Mużika
ARA: Touch – diska oriġinali u ferriħija minn Sebastian

‘Touch’ hija diska ġdida mill-kantant Sebastian, u għandha filmat mużikali mżewwaq bil-lirika li tkompli mad-diska.

Sebastian ħadem ma’ Matteo Depares u Aidan Cassar minn Wicked & Loud għall-kliem u l-mużika ta’ din diska il-ġdida li ħareġ.

Din id-diska hija stil differenti mid-diski li ħareġ s’issa. Sebastian qatt ma ħadem fuq dan l-istil ta’ diska, imma xtaq li joħroġ b’xi ħaġa differenti; stil modern u fuq tiegħu, biex fl-istess ħin id-diska tilħaq iżjed nies, anke barra minn xtutna.

Dan ukoll għax dan l-istil ta’ diska jirrifletti l-karattru tiegħu ferrieħi u żagħżugħ.

Għall-filmat mużikali hu tkellem ma’ Angie Laus u Duane Laus minn Lava Graphics, li flimkien ħarġu bl-idea ta’ video bil-lirika li tmur u tkompli mad-diska.

Ftit xur ilu Sebastian ikkollabora ma’ Renato Micallef, kantant maħbub ħafna mill-Maltin, li flimkien reġgħu qajmu diska popolari Qalu Li Raw, oriġinali tal-Bayzo.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Fl-1996, tfajla ta’ 17-il sena li kellha storja xi tgħid waslet sal-fażi finali tal-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa, ħarġet fuq il-palk u tat prestazzjoni mill-isbaħ ta’ kanzunetta bi stil pop r’n’b…

Qorti

Żewġ nisa, li waslu Malta b’dgħajsa ma’ immigranti oħra s-sena l-oħra, spiċċaw il-ħabs minflok il-Ġermanja. Fil-Qorti, l-avukat tagħhom Martin Fenech, spjega li huma użaw dokumenti foloz biex ikunu jistgħu jibdew…

Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Aktar