Lokali
Ara: Tromba tal-arja fl-Għadira – iqumu maħsuda u d-dgħajjes jinġarru mill-kurrent

Għadd ta’ sidien ta’ diversi opri tal-baħar dalgħodu sebħu maħsuda fl-Għadira wara li allegatament għamlet tromba fuq il-baħar fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

F’kummenti ma’ tvm.com.mt sid lanċa li kienet għall-irdoss fl-ilmijiet tal-bajja tal-Għadira qal li għall-ħabta tal-5.30am qam riħ qawwi f’salt. Żied jgħid, li konsegwenza t’hekk għadd ta’ bċejjeċ tal-baħar li kienu fuq l-ankra nqalgħu u bdew ħirġin ‘il barra bil-kurrenti, kif jixhed il-filmat li kiseb dan is-sit.

Ir-riħ qawwi dam jaħkem l-inħawi għal madwar ħames minuti.