Barranin
Ara: Trump jgħid li Biden qed ikisser pajjiż

Donald Trump qal li l-President Amerikan Joe Biden, fi kliemu, qed jieħu lill-pajjiż fit-triq il-ħażina.

L-eks President Amerikan Donald Trump qal dan f’attività organizzata kull sena mill-Partit Repubblikan bil-għan li jiġi mitħaddet jekk jistgħux isiru xi emendi fil-kostituzzjoni.

Quddiem aktar minn 1,200 ruħ fi Greenville fin-North Carolina, Trump qal li Biden qed inaqqas mill-fondi allokati għall-pulizija. Żied jgħid, li fl-Amerka l-immigrazzjoni llegali reġgħet qed tiżdied u li l-Amerikani li jinsabu bla xogħol huma bosta.

L-eks President Amerikan, fost l-oħrajn, ħadha qatta’ bla ħabel ukoll kontra t-tabib magħruf Anthony Fauci. Huwa qal li Fauci ma jafx x’inhu jagħmel għalkemm jidher lejl u nhar fuq it-televixin.