Barranin
ARA: Trump jgħid li neħħa l-maskra biex ma jpaxxix lill-ġurnalisti

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump reġa’ spiċċa f’kontroversja b’rabta mal-miżuri ta’ prekawzjoni kontra l-Covid-19.

Waqt li kien qed iżur fabbrika tal-Ford f’Michigan, li biddlet l-operat tagħha biex tibda tipproduċi ventilators u tagħmir protettiv, il-President deher quddiem il-midja mingħajr maskra.

Il-gvernatur ta’ Michigan, Gretchen Whitmer, ħarġet ordni li kulħadd għandu jilbes maskra meta jkun f’post magħluq.

Mistoqsi mill-ġurnalisti għalfejn ma kienx liebes maskra, il-President qal li meta kien qed idur f’postijiet oħra madwar il-fabbrika kien libisha, iżda mbagħad neħħiha biex ma jpaxxix lill-ġurnalisti meta jarawh biha, u biex jagħmel id-diskors.

Huwa qal li kien ittestja negattiv għall-virus u għalhekk ma kienx ta’ periklu għal ħaddieħor.

L-Avukat Ġenerali ta’ Michigan, Dana Nessel, qalet lill-midja li l-Ford ma kellhomx jippermettu lil xi ħadd fil-binja mingħajr maskra, lanqas lill-President, għax dan jista’ jkollu konsegwenzi serji fuq il-ħaddiema.

Fi stqarrija l-kumpanija Ford qalet li kienet ħeġġet lill-President jilbes il-maskra, u li dan kien libisha waqt li kien qed jara l-karozzi sportivi.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Barranin

Sitt persuni fir-reġjun tal-Lombardija, fl-Italja, weħlu multa ta’ €3,300 kull wieħed wara li nqabdu mill-Pulizija jiksru iktar minn liġi waħda. Il-persuni, li kienu kollha rġiel ta’ bejn 43 u 68…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħareġ każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 930 swab test. Dan huwa każ impurtat, hekk kif il-persuna infettata hija barranija li ġiet f’Malta b’titjira ta’…

Barranin

Studju li sar fi Spanja naqqas it-tama li l-popli se jkunu kapaċi jiżviluppaw dik li tissejjaħ immunità tal-merħla (herd immunity) kontra l-Covid-19. Dan hekk kif instab li 5% biss tal-popolazzjoni…

Aktar