Lokali
ARA: Turisti ċċassati wara li baqa’ għaddej fuq id-dwal ħomor

Persuni li kienu se jmiddu l-pass biex jaqsmu minn fuq pelican lights f’Tas-Sliema baqgħu ċċassati hekk kif karozza sportiva baqgħet għaddejja b’kemm timxi.

Kien il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-10.30, meta filmat qabad karozza fi Triq it-Torri qed tinstaq b’veloċità qawwija, tant li baqgħet għaddejja meta xegħlu d-dwal ħomor biex ikunu jistgħu jaqsmu n-nies.

Dawk li kienu qed jistennew biex jaqsmu, fosthom turisti, baqgħu ċċassati lejn il-karozza, u bħal donnhom ma kinux ċerti jekk għandhomx joħorġu fit-triq jew le.

Il-persuna li bagħtet il-filmat qalet li mhux l-intenzjoni tagħha li tiġġudika, imma xtaqet li tqajjem kuxjenza għax ftit traskuraġni u nuqqas ta’ ħsieb jista’ jkollhom konsegwenzi serji.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

X Factor Malta jinsab ftit jiem biss ‘il bogħod mill-finali. Wara s-serata tal-bieraħ, fadal erba’ finalisti biex jintgħażel ir-rebbieħ ta’ X Factor Malta li fost oħrajn jirrapreżenta jew tirrapreżenta lil…

Lokali

Din il-ġimgħa se tkun iddominata mix-xita u xi kultant anke r-ragħad. Bejn għada u nhar is-Sibt it-temp jaf se jtellfek mir-rutina minħabba l-maltemp. Madankollu mitt bniedem, mitt fehma u hawn…

Kurżitajiet

Qatt tħajjart tmur għand xi ħadd biex jaqralek ix-xorti? Min jaqra x-xorti huwa mmanipulat mix-xitan? F’Malta hawn kultura tal-okkult?  Glen Falzon stħarreġ dwar dan u tkellem ma’ xi ħadd li…

Saħħa

Dieqa kbira għall-familja li tilfet li binha ta’ erba’ snin li miet fl-isptar Mater Dei fejn idaħħal għall-kura b’kumplikazzjonijiet ikkawżati x’aktarx minn każ rari ta’ meninġite b’mikrobu partikulari. L-awtoritajiet tas-saħħa…

Aktar