Barranin
ARA: Twaqqaf ix-xarabank biex tiġbor tarbija li lemħet fit-triq

Kienet ġurnata tax-xogħol bħas-soltu għal Irena Ivic; xufier tat-trasport pubbliku fil-belt ta’ Milwaukee, fl-Istati Uniti.

Waqt li kienet għaddejja fuq ir-rotta tagħha, Irena lemħet xena li qajmitilha ġisimha xewk xewk. Tifel ċkejken kien qed jiġri waħdu fit-triq, ħafi u bla qalziet, f’kesħa liema bħalha.

Irena ma ħasbitiex darbtejn, u minnufih waqqfet ix-xarabank u niżlet fit-triq biex tiġbor lit-tarbija, li wara l-awtoritajiet qalu li kellu inqas minn sena.

“Qed nirtrogħod,” qalet Irena lil wieħed mill-passiġġieri meta telgħet lura fix-xarabank bit-tarbija f’idejha. Passiġġiera oħra neżgħet il-ġakketta tagħha u tagħtha lil Irena biex tgeżwer fiha lit-tifel, li laħaq raqad f’dirgħajha sakemm waslu l-pulizija.

Il-każ seħħ fit-22 ta’ Diċembru, iżda kien fl-aħħar jiem li l-filmat ta’ dak li seħħ beda jdur fuq il-mezzi tax-xandir. L-awtoritajiet qalu li l-omm kellha problemi mentali u kienet ħalliet lit-tifel barra, li iktar tard ingħata fil-kustodja ta’ missieru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Bank of England esprima l-intenzjoni li jfakkar lil Alan Turing fuq il-karta tal-£50, wara li l-awtoritajiet ta’ żmienu għaddewh minn martirju għax kien omosesswali. Turing kien matematiku viżjonarju, u s-servizz…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

F’Napli, f’bajja fiż-żona ta’ Varcaturo, minn imkien tfaċċa l-maltemp bi tromba tal-arja spiċċat għamlet ħerba sħiħa. Dawk li kienu qed jirrilassaw u jgawdu l-baħar kellhom jippakkjaw u jitilqu jiġru mill-bajja…

Barranin

Meta kien fadal inqas minn siegħa qabel l-India jtella’ l-vettura spazzjali, il-pajjiż issospenda t-tieni missjoni lejn il-qamar. L-aġenzija spazjali Indjana qalet li t-tluq tal-vettura tħassar minħabba problemi tekniċi. Żiedet tgħid…

Aktar