Barranin
ARA: Twelled fil-karozza quddiem uliedha waqt li kienu sejrin l-isptar

Omm welldet il-ħames tarbija tagħha fil-karozza quddiem uliedha u żewġha.

Filmat li nxtered fuq il-midja soċjali, Alexis Swinney ta’ 25 sena tidher għarkupptejha fuq is-sit tal-karozza twelled it-tarbija. Dak il-ħin żewġha kien qed isuq għall-isptar f’Texax.

Fil-filmat l-omm tinstema’ tokrob bl-uġigħ u titlob lil żewġha biex jgħinha.

Matul il-ħlas hija kienet ippannikkjata imma xħin rat lit-tarbija f’idejha u li rat li kollox kien sew, l-omm dehret titbissem.

Il-filmat li ġibed ir-raġel tagħha nxtered fuq il-midja soċjali. L-omm kitbet li f’dan it-twelid tal-ħames wild tagħha kien hemm xi ħaġa speċjali.

Alexis qalet li tirringrazzja lil Alla li kellha ħlas fil-karozza minflok fl-isptar. Stqarret li Alla kien jaf li kellha xewqa li twelled mingħajr ebda interruzzjoni minn persuni oħra u dak il-mument ikun bejnha u bejn it-tarbija biss. Qalet li welldet il-binha f’idejha tfisser ħafna għaliha.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Aktar