Barranin
ARA: Twieldet b’żewġ uċuh – tiekol b’ħalq waqt li tingħi bl-ieħor

Familja f’Oregon bilkemm setgħu jemmnu dak li kienu qed jaraw, meta rrealizzaw li wieħed mill-frieħ tal-qattusa tagħhom kellu żewġ uċuh.

Il-ferħ issemmiet Biscuits and Gravy, u jidher li hija f’saħħitha, anki jekk f’ħafna każijiet magħrufa dawn il-qtates ma għexux fit-tul.

Is-sidien ta’ Biscuits qalu li din kapaċi tiekol minn ħalq waqt li tingħi bil-ħalq l-ieħor, iżda normalment din tibda tagħmel mossi biż-żewġt iħluq meta tkun qed terda’ l-ħalib.

Qalu li kellhom ħafna talbiet minn persuni li riedu jixtru lil dan il-ferħ u lil ħutu, iżda s-sidien qalu li għal issa mhumiex beħsiebhom ineħħuhom.

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

Aktar