ARA: Vettura ssir ħuġġieġa – kieku tibqa’ ssuqha bħal dan?

Vettura li twitti s-silġ ġiet ħuġġieġa nar meta kienet qed tinstaq f’ice rink f’Rochester, fi New York.

Fl-inċident ħadd ma weġġa’, iżda l-filmat kiseb popolarità kbira, hekk kif ħafna baqgħu skantati bil-kuraġġ tas-sewwieq.

Dan baqa’ kalm fuq il-vettura u rnexxielu jerġa’ jdaħħalha lura fil-kuritur, fejn kien hemm persuni lesti bil-fire extinguishers, li tfew in-nar.

Kienu bosta dawk li qalu li wara din il-bravura s-sewwieq ħaqqu żieda fil-paga, waqt li oħrajn spekulaw jekk irnexxilux jibqa’ kalm għax fil-passat kienx għadda minn sitwazzjonijiet ħafna iktar tal-biża’.