Lokali
ARA: Vettura taqbad f’nofs ta’ lejl fil-Ħamrun

Matul il-lejl bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa għal ħabta ta’ nofsilejl u għoxrin, kien hemm vettura li kienet ipparkjata fi Triq Atocia l-Ħamrun qed taqbad.

Fuq il-post marru l-membri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili li tfew in-nar.

Tliet vetturi oħra li kienu pparkjati qrib il-vettura tat-tip Audi li kienet qed taqbad, ġarbu xi ħsarat.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Neville Camilleri filwaqt li l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.