Kurżitajiet
ARA: Waddab il-fridge għal isfel biex jiġbed saqajn l-awtoritajiet Spanjoli

Raġel li xtaq jiġbed saqajn l-awtoritajiet Spanjoli dwar is-sistema ta’ riċiklaġġ fil-pajjiż ġietu z-zalza ogħla mill-ħuta. Dan hekk kif kellu jara kif jagħmel u jerġa’ jiġbor lura l-fridge li rema mill-irdum għal isfel.

L-awtoritajiet Spanjoli rnexxielhom jikxfu l-identità tar-raġel li rema l-fridge b’mod illegali u ordnawlu li jarmiha kif suppost.

Mill-investigazzjonijiet tal-pulizija Spanjola, instab li r-raġel jaħdem għal kumpanija li tbigħ it-tagħmir domestiku fir-reġjun ta’ Almeria. Il-Pulizija għandha suspett li l-kumpanija wkoll qed tarmi b’mod illegali.

Il-Pulizija marru flimkien mar-raġel biex jassiguraw li dan jiġbor il-fridge mill-irdum filwaqt  li se jħallu f’idejn il-qorti tiddeċiedi x’piena tagħti lir-raġel.

Fil-filmat, li dar mal-erbat irjiħat, ir-raġel jidher qed iqandel il-fridge minn ġo van qabel ma jwaddabha mill-irdum għal isfel filwaqt li jinstema jgħid ”Tlaqna nirriċiklaw, ejja!’

https://www.facebook.com/plugins/video.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2FAsociacionUnificadaGuardiasCiviles%2Fvideos%2F881881112189596%2F&\

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ispeaker ta’ New Zealand ħa inkarigu mhux tas-soltu meta spiċċa jisqi tarbija waqt xogħol tal-Kamra. L-Ispeaker Trevor Mallard ħa f’dirgħajħ it-tarbija tad-deputat Parlamentari Tamati Coffey, li ħabbar it-twelid ta’ ibnu…

TV u Radju

X’se jiġri mill-għada tal-ballu wara li Arturo qabad lil Bettina ma’ Diego? Id-dramm l-Għarusa li xxandar fuq TVM, kellu suċċess kbir b’udjenza kbira ta’ kull ġimgħa ssegwi l-istorja kif se…

Kurżitajiet

Koppja Franċiża tinsab f’baħar inkwiet wara li għamlu xi ħaġa li ħasbu ma kien fiha xejn ħażin waqt li kienu fuq btala fl-Italja. Il-koppja riedet iżżomm tifkira ta’ bajja partikolari…

Kurżitajiet

Fil-belt ta’ Porthcawl, f’Wales, mistennija jiġu installati latrini li ma jippremettux li jsiru fihom attivitajiet bħas-sess, il-vandaliżmu u t-teħid tad-droga. Dawn il-latrini ġew iddiżinjati tapposta biex ixarbu bl-ilma lill-persuni li…

Aktar