Kurżitajiet
Ara: Wara 40 sena jerġgħu jinfetħu postijiet fil-Kolossew għall-pubbliku

Iktar minn sitt miljun viżitatur fis-sena jidħlu l-Kolossew ta’ Ruma, wieħed mill-iktar postijiet imfittxija mat-turisti li jżuru l-kapitali Taljana, mimlija daqs bajda bi storja u kultura.

Issa, l-viżitaturi jistgħu jieħdu esperjenza ġdida u jersperjenzaw il-Kolosew, mill-postijiet riservati għall-plebej, ir-Rumani komuni. Għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin infetħu l-partijiet ta’ fuq ta’ dan il-bini maestuż Ruman fejn il-gladjaturi kienu jeħduha kontra l-iljuni.

Id-Direttur Ġenerali tal-Kolossew, Federica Galloni qalet li r-raba’ u l-ħames livell tal-Kolossew reġgħu nfetħu għall-pubbliku wara aktar minn 40 sena magħluqa.

Madwar elfejn sena ilu, il-Kolossew kien iċ-ċentru tal-ħajja tar-Rumani. Kienu jqisu dan l-amfiteatru bħala l-post fejn it-taqbida feroċi mal-iljuni, għall-eluf li kienu jimlew kull rokna kien l-ispettaklu li jogħxew jaraw, iżda għall-gladjaturi fl-arena kienet ħajja jew mewt.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ryan Reynolds, wieħed mill-aqwa atturi fid-dinja ta’ Hollywood, li jaħdem kemm f’films serji u kemm f’films komiċi għadu kif għamel waħda minn tiegħu. Reynolds, li huwa magħruf għas-sens tal-umoriżmu u…

Kurżitajiet

Il-Bażilika tas-Sagrada Familia f’Barċellona, il-kapolavur tal-arkitett Antoni Gaudí ilha 136 sena tinbena. Il-Bażilika, li hija rikonoxxuta mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt kulturali dinji qatt ma nħarġilha permess għax-xogħlijiet, liema proġett…

Familja Rjali

Id-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle żvelat x’kellha mistur fil-libsa tat-tieġ. Minkejja li għajnejn bosta kienu fuq il-libsa li kienet liebsa meta żżewġet lill-Prinċep Harry, ħadd ma nduna li fil-libsa kellha…

Kurżitajiet

Terry Laurmen, penzjonant ta’ 75 sena, iddeċieda jiddedika l-biċċa l-kbira ta’ ħinu lill-qtates tas-santwarju Wisconsin Safe Haven Pet Sanctuary f’Green Bay. Laurmen qal li dan is-santwarju jilqgħek għaliex il-qtates mhumiex imsakkrin…

Aktar