Barranin
ARA: Susan Boyle tingħata l-Golden Buzzer wara 10 snin

Il-kantanta Susan Boyle, li għaxar snin ilu għaġġbet lil kulħadd bil-vuċi tagħha meta kkompetiet fi Britain’s Got Talent, finalment ingħatat il-Golden Buzzer.

Minn sempliċi korista fil-parroċċa tagħha, mil-lejl għan-nhar Boyle kisbet fama internazzjonali, u saret ikona tax-xows ta’ talent li fl-aħħar snin żiedu fil-popolarità.

Boyle issa rritornat lura fuq il-palk ta’ kompetizzjoni oħra biex tittanta xortiha mill-ġdid, wara li fi Britain’s Got Talent kienet spiċċat fit-tieni post.

Waqt l-edizzjoni ta’ America’s Got Talent – The Champions, Boyle għal darb’ oħra impressjonat bil-vuċi anġelika tagħha, u ngħatat l-aqwa unur ta’ din ix-xow fl-ewwel fażi; il-Golden Buzzer.

Il-Golden Buzzer jingħata biss lill-aqwa artisti li jkunu spikkaw b’mod speċjali fl-awdizzjoni, u kienu ħafna tal-fehma li Boyle kien imissha ngħatat dan ir-rikonoxximent meta rifset fuq il-palk għall-ewwel darba għaxar snin ilu.

https://www.facebook.com/susanboyle/videos/vb.64833259561/1602536509849869/?type=2&theater

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Barranin

F’Toronto l-Kanada, erba’ persuni indarbu fi sparar li seħħ waqt ċelebrazzjoni għar-rebħa tat-tim tal-Basketball Toronto Raptors. L-attakk seħħ matul il-jum, waqt li eluf ta’ nies entużjasti għal dan it-tim tal-basketball…

Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Aktar